Juventus ħabbru b’mod uffiċjali l-akkwist tal-midfielder Emre Can, li ffirma kuntratt sat-30 ta’ Ġunju 2022.
Minkejja li l-plejer kien fi tmiem il-kuntratt tiegħu ma’ Liverpool, u allura ma kienx hemm bżonn titħallas somma lill-klabb Ingliż, Juventus ħabbru li t-trasferiment se jkun sewa’ lil Juventus €16-il miljun fis-sentejn finanzjarji li jmiss. Madankollu ma ntqalx kif dawn jinqasmu f’bonuses u paga.
Emre Can se jilbes il-flokk numru 23.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com