Ikomplu x-xnigħat dwar is-suq tat-trasferimenti, b’rapporti ġodda jindikaw li ntlaħaq ftehim fuq bażi personali bejn Barcelona u l-midfielder Miralem Pjanić.

Jingħad li l-klabb Spanjol għamel offerta b’paga ta’ €7 miljun fis-sena lill-plejer, liema offerta togħġob lill-Bożnijaku.

Madankollu, Juventus jibqgħu joġġezzjonaw akkost ta’ kollox għax mhux interessati li jitilfu lill-plejer. Tant hu hekk li hemm ukoll il-ħsieb li jiġġeddidlu l-kuntratt b’żieda fil-paga, għalkemm mhux b’mod imminenti.

Sors: Sportmediaset

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280