Is-saga tat-trasferiment ta’ Aleksandr Golovin mistennija tkompli iżda jidher li hemm żvilupp importanti hekk kif Chelsea mistennija jirbħu l-battalja kontra Juventus għall-firma ta’ dan il-plejer.

It-talba ta’ CSKA Moscow għal Golovin hija ta’ €25 miljun iżda l-offerta ta’ Juventus hija ta’ €20 miljun, apparti xi bonuses. L-offerta ta’ Chelsea, li ma ġietx imħabbra, skont diversi sorsi fl-Italja jidher li hija raġonevoli aktar minn ta’ Juventus.

Aleksandr Golovin huwa wieħed mill-plejers favoriti tal-kowċ prospettiv ta’ Chelsea, Maurizio Sarri.

Sors: Gianluca di Marzio

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280