Wara l-finali taċ-Champions League ta’ din is-sena, l-istilla Cristiano Ronaldo sostna li jista’ jħalli lil Real Madrid. Fl-aħħar jiem u anke fl-aħħar sigħat qed toħroġ ix-xniegħa li Juventus jista’ jinteressahom dan il-plejer.

Imma kemm hija possibbli li dan iseħħ? L-aġent ta’ Cristiano Ronaldo huwa Jorge Mendes, l-istess aġent li tkellmu miegħu għall-akkwist ta’ João Cancelo, b’hekk tista’ tikber il-possibbiltà li verament jinfetħu diskussjonijiet.

Ħafna forsi jgħidu li Juventus ma jaffordjawx lil dan il-plejer anke minħabba paga u bonuses però Juventus żgur li huma konxji mill-marketing u mill-bejgħ ta’ flokkijiet li jista’ jġib miegħu Ronaldo.

L-objettiv prinċipali ta’ Juventus huwa Sergej Milinković-Savić però rigward Cristiano Ronaldo żgur li se nisimgħu aktar fil-jiem li ġejjin.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280