Fabio Paratici, l-id il-leminija tad-Direttur Ġenerali Beppe Marotta u l-uffiċjal li rrappreżenta lis-soċjetà waqt il-preżentazzjoni ta’ Cristiano Ronaldo, qata’ l-kurżità ta’ ħafna dwar meta nibtet l-idea li jseħħ it-trasferiment.
“L-idea nibtet meta Cristiano Ronaldo qala’ ovazzjoni waqt Juventus – Real. Matul dik il-ġimgħa tkellimt mal-aġent u qalli li Ronaldo kien impressjonat u li xi darba ried jilgħab għal Juventus,” iddikjara Paratici.
Kompla li r-risposta tiegħu kienet li “ħolm hemm ħafna, imma ftit isiru realtà,” f’indikazzjoni li lanqas Juventus ma kienu jemmnu li trasferiment hekk kbir seta’ jseħħ.
Kien meta Mendes u d-diriġenti Juventini ltaqħu mill-ġdid, din id-darba għal Cancelo, li mill-ġdid kien indirizzat dan is-suġġett. “Mendes qalilna li s-sitwazzjoni biex Ronaldo jingħaqad magħna issa kienet teżisti, u aħna aċċettajna dik l-idea.”
Paratici stqarr li kien hawn li mar direttament fuq il-President Andrea Agnelli biex jiddiskuti t-trasferiment u flimkien jistudjaw iċ-ċifri. “In-numri kienu l-iktar parti diffiċli ta’ dan l-akkwist, iżda Agnelli waqaf għal ftit u qalli: mexxi, ara jekk teżistix din l-opportunità. L-opportunità kienet reali”.
Sors: Juventus
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com