Il-midfielder Stefano Sturaro jidher li se jitlaq lil Juventus, anke jekk il-klabbs interessati fih iqisu li t-talba ta’ €20 miljun hi eżaġerata.

L-aġent tal-plejer ikkonferma li Juventus irċevew offerti minn West Ham United u Leicester City, għalkemm l-istess Carlo Volpi qal li fir-realtà m’hemmx xamma ta’ bejgħ imminenti tal-plejer. Juventus għandhom numru ta’ offerti x’jevalwaw, għax minbarra l-klabbs imsemmija hemm ukoll mill-inqas erba’ klabbs oħra interessati fih.

Carlo Volpi ddikjara wkoll li issa hu u l-klijent tiegħu qed jistennew li tittieħed deċiżjoni minn Juventus.

Sors: JuveNews

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280