Friski mill-bejgħ ta’ Mattia Caldara u Gonzalo Higuaín, id-diriġenza ta’ Juventus issa ffukata fuq il-bejgħ ta’ plejers li mhux meqjusa fil-pjanijiet tal-kowċ, għall-inqas fl-immedjat.

Fost oħrajn għaddejja trattattiva li għandha twassal biex Marko Pjaca jingħaqad ma’ Fiorentina b’self għal somma li għad mhix miftiehma, obbligu li l-Viola jakkwistawh għalkollox u dritt li jinxtara lura għal prezz stabbilit minn Juventus. Il-ġimgħa d-dieħla mistennija laqgħa mid-diriġenti ta’ Fiorentina mal-aġenti tal-plejer.

Għall-kuntrarju jidher kważi lest it-trasferiment ta’ Andrea Favilli ma’ Genoa. F’dan il-każ hu mistenni jinbiegħ b’self għal somma ta’ €5 miljun, b’obbligu jew dritt li jinxtara għal €7 miljun. Hawn ukoll Juventus iridu d-dritt tar-recompra.

Sors: FirenzeViola/Premium Sport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280