Id-difensur Leonardo Bonucci ngħaqad ma’ Juventus u ffirma kuntratt ta’ ħames snin. Dan ifisser li l-kuntratt hu validu sat-30 ta’ Ġunju 2023. Fi stqarrija, Juventus ħabbru li l-akkwist sar għal somma ta’ €35 miljun, li jitħallsu fuq sentejn.

Ħabbru wkoll li Gonzalo Higuaín u Mattia Caldara huma uffiċjalment plejers ta’ A.C. Milan.

L-attakkant Arġentin jibdel il-klabb b”self għal sena għaċ-ċifra ta’ €18-il miljun, waqt li Milan żammew l-għażla li t-trasferiment isir permanenti għal €36 miljun li jitħallsu fuq sentejn.

Mattia Caldara, difensur, inbiegħ għalkollox għal somma ta’ €35 miljun li jitħallsu fuq sentejn. F’dan il-każ, Juventus ħabbru li t-trasferiment se jħalli effett ekonomiku pożittiv (plusvalenza) ta’ €22 miljun.

Sors: Juventus

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280