It-trasferiment ta’ Marko Pjaca minn Juventus għal ma’ Fiorentina jidher li se jseħħ hekk kif il-klabbs laħqu ftehim fl-aħħar sigħat.

B’dan il-ftehim, l-attakkant Kroat se jibdel il-klabbs b’self għal €2 miljun waqt li Fiorentina jżommu d-dritt li jakkwistawh għal €20 miljun. Juventus żammew ukoll id-dritt tar-recompra, jiġifieri jkunu jistgħu jakkwistawh mill-ġdid għal prezz stabbilit.

Għall-bidu, Juventus xtaqu li jbigħuh b’mod definittiv bl-għażla ta’ recompra.

Sors: Sky Sport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280