Matul il-ġurnata, Juventus iltaqgħu mill-ġdid mar-rappreżentanti tal-midfielder Miralem Pjanić li se jġedded il-kuntratt tiegħu sal-2023.

Fil-fatt, waqt din il-laqgħa, jidher li kien hemm ftehim ukoll dwar l-aħħar ftit dettalji li kien fadal. Dan wara li Juventus irrifjutaw interess u xi offerti għall-plejer lejn tmiem is-suq tat-trasferimenti.

Il-kuntratt attwali jiskadi fl-2021. Il-firma tiegħu fuq kuntratt ġdid mistennija matul din il-ġimgħa, b’paga miżjuda li aktarx tlaħħaq is-€6.5 miljuni.

Sors: Gianluca Di Marzio

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280