Wara t-trasferimenti ta’ Joao Cancelo u Cristiano Ronaldo, jidher li issa Mendes lest għall-‘colpo grosso’ li jmiss ma’ Juventus.

Dan hekk kif rapporti jindikaw li Mendes jixtieq lil Juventus jakkwistaw lil David De Gea, il-goalkeeper Spanjol li hu l-aġent tiegħu.

De Gea għandu l-kuntratt tiegħu li jiskadi fl-2019, b’għażla li Manchester United jġeddu b’sena oħra. Jingħad li t-tiġdid tal-kuntratt aktarx isir, biex il-klabb Ingliż ma jitilfux b’xejn.

Madankollu, wieħed irid jara x’sens tagħmel din l-istorja fl-isfond li Juventus għandhom lil Wojciech Szczęsny u Mattia Perin.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280