L-attakkant żagħżugħ ta’ Juventus, Moise Kean, mistenni jħalli lil Juventus fuq xewqa tiegħu stess.
Iddikjara dan ħu l-plejer stess, Giovanni, li f’intervista lil TuttoJuve fejn qal li ħuħ jista’ jħalli lil Juventus f’Jannar biex jipprova kampjonat ieħor. Qal li x-xewqa tiegħu hi li jilgħab barra mill-Italja.
It-trasferiment tal-plejer, li għadu lanqas iddebutta f’dan l-istaġun, mistenni jkun wieħed b’self hekk kif Juventus mhux lesti jbigħu lill-plejer, sakemm ma tasalx xi offerta li impossibbli li tkun rifjutata.
Fis-sajf, il-plejer interessa lil Dortmund, Monaco u Parma, waqt li iktar riċenti klabbs oħra bħal Bologna u Sampdoria esprimew interess ukoll.
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com