Id-Direttur Sportiv ta’ Juventus, Fabio Paratici, qed jipprova jikkonkludi t-trasferiment ta’ żewġ żgħażagħ promettenti.

Fost dawn Luca Zanimacchia, misluf mingħand Genoa u li attwalment qed jilgħab għall-U23 ta’ Juventus. It-trasferiment tiegħu b’mod permanenti jidher li se jkun parti mit-trasferiment ta’ Stefano Sturaro għand Genoa.

Juventus iltaqgħu ukoll ma’ Pescara għad-difensur Edgar Elizalde; Arġentin ta’ 18-il sena li kien qed jinteressa wkoll lil Everton.

Sors: Romeo Agresti

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280