Rebħa sorprendenti għat-Taljani hekk kif ġewwa Lyon ġabru tliet punti importantissimi kontra l-Belġju. Meta kien jidher li l-Belġju ħa jagħmlu assedju biex iġibu d-draw, Pellè sammar il-ballun fix-xibka biex b’hekk it-Taljani ħadu t-tliet punti kollha.

Però ftit qabel, fl-ewwel taqsima, ta’ min jinnota l-assist bellezza u spettakolari tal-benjamin Juventin, li żmarka lil Giaccherini li waħdu quddiem il-lasta ma’ żbaljax. It-Taljani kienu perikolużi b’ħafna ċansijiet però sabu ’l Courtois attent, b’saves sbieħ fuq Immobile u Pellè mill-viċin.