Il-Portugall, bla xejn mistenni, rebħu l-Euro 2016, b’gowl fil-109 minuta minn Eder, meta kkontrolla l-ballun bejn żewġ difensuri u sammar xutt mill-bogħod li għeleb għal kollox lil Lloris.

Wara dak li ġara fl-2004 meta l-Greċja, bla xejn mistenni, rebħu lill-Portugall ġewwa darhom, f’din il-finali, il-Portugall dawru din it-telfa morra tal-2004 meta bla mistenni għelbu lil Franza 1-0, ukoll ġewwa Pariġi, qalb id-dellirju tal-partitarji Portugiżi u l-emozzjoni fuq Cristiano Ronaldo.

Dan l-artiklu jġib fi tmiem is-sensiela tal-Euro 2016 u nixtieq nirringrazzja lill-qarrejja kollha li segwew kontinwament l-aħbarijiet miktuba. Però dan kollu ma kienx ikun possibbli mingħajr it-tim tal-aħbarijiet fuq dan is-sit. Minn hawn nixtieq ngħidilkom grazzi!

dical-banner-1200×280