Debutt tal-ħolm għall-Iżlanda, wara draw ta 1-1 kontra l-Portugall ta’ Cristiano Ronaldo. Kien Nani li skurja l-ewwel gowl tal-partita u saħansitra kien hu vvutat il-plejer tal-logħba.
Però xtaqt inżomm dan l-artiklu għal Bjarnason, il-plejer li kkonkluda attakk miċidjali u tefa’ lis-sapporters tal-Iżlanda f’dellirju. Gowl li wassal għal debutt mill-aqwa tal-Iżlanda li għalkemm kien hemm ħinijiet tal-partita fejn kienu minn taħt huma xorta ġabu riżultat favurihom.