L-attakkant Franċiż Jérémy Ménez ma tantx beda l-avventura tiegħu ma’ Bordeaux fuq nota tajba.
Dan hekk kif tlett ijiem biss wara li ħalla lil Milan, kwarta biss fid-debutt tiegħu f’partita ta’ ħbiberija kontra FC Lorient, Jérémy Ménez tilef parti minn widintu wara kuntatt ma’ Didier Ndong.
Ménez ġie operat biex inħititlu widintu, waqt li Ndong skuża ruħu għal dan l-inċident sfortunat.
Sors: BBC