Goalkeeper fil-Ġermanja ġie arrestat mill-Pulizija malli l-logħba li kien qed jipparteċipa fiha ntemmet f’telfa għall-iskwadra tiegħu … bi skor ta’ 43-0.

Marco Kwiotek jilgħab għal SV Vonderort, skwadra ffurmata prinċiparjament minn refuġjati Sirjani, Iraqqini u mill-Guinea.

Bħallikieku 43 gowl ma kinux biżżejjed, malli ntemmet il-logħba, Kwiotek ġie avviċinat minn żewġ uffiċjali tal-Pulizija, li skortawh lejn l-għassa bl-istess ilbies li kien liebes.

F’ċirkostanzi misterjużi, il-goalkeeper inħeles malli wasal l-għassa, u mhux magħruf għaliex ġie arrestat.

Sors: Express

dical-banner-1200×280