Għaddejjin xnigħat li l-eks plejer Juventin Andrea Pirlo jista’ jingħaqad b’self ma’ Chelsea, li qegħdin taħt it-tmexxija ta’ Antonio Conte. Għal Conte, Pirlo kien importanti ħafna fir-rebħ tal-kampjonati ma’ Juventus.

Ix-xnigħat baqgħu jikbru hekk kif Pirlo deher f’Londra u iktar kmieni tella’ ritratt ma’ John Terry, plejer u captain ta’ Chelsea.

Ir-ritratt ittieħed mill-profil uffiċjali li juri lil Pirlo flimkien ma’ ibnu u John Terry.

dical-banner-1200×280