Issa li wasalna fi tmiem is-suq tat-trasferimenti, Roma għadhom kemm xtraw eks objettiv ta’ Juventus.
Clément Grenier, midfielder żagħżugħ ta’ Lyon, li kien segwit kemm-il darba minn Juventus kif ukoll minn Napoli, ingħaqad ma’ Roma sabiex dawn tal-aħħar komplew jinfurzaw l-iskwadra tagħhom biex jibqgħu jagħmlu pressjoni fuq Juventus.
Grenier ingħaqad ma’ Roma mingħand Lyon, l-istess tim li fih jilgħab Tolisso, li qed jisemma ħafna li jingħaqad ma’ Juventus.
Sors: Gianluca Di Marzio