Il-midfielder ta’ 23 sena Adrien Rabiot, li ilu ma jilgħab ma’ PSG sa minn Diċembru li għadda, għadu qed ikun segwit minn Juventus hekk kif it-trasferiment tiegħu lil hinn minn Pariġi hu ċert.

Madankollu, il-Franċiż għandu talbiet xejn attraenti: paga li tilħaq l-€10 miljun fis-sena u bonus malli jiffirma l-kuntratt. Jidher li din it-talba, meqjusa esaġerata minn Barcelona, kienet ir-raġuni għaliex il-plejer ma ġiex akkwistat minn Barcelona, kif deher ċert sa ftit xhur ilu.

Għall-kuntrarju, jidher li Juventus mhux jaqtgħu qalbhom, anke għaliex iqisu lil Rabiot bħala wieħed minn żewġ plejers li l-klabb irid jakkwista, apparti Aaron Ramsey.

Sors: Tuttosport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280