Għad fadal biss l-uffiċjalità imma kollox jindika li l-midfielder Franċiż Adrien Rabiot hu plejer ġdid ta’ Juventus. Tant hu hekk li ftit tal-ħin ilu niżel fl-ajruport ta’ Turin u għada jagħmel it-testijiet mediċi.

Dan hekk kif il-plejer kif ukoll ommu, li taġixxi bħala rappreżentant tiegħu, huma sodisfatti bl-offerta ta’ Juventus.

Minkejja li l-plejer se jingħaqad ma’ Juventus b’xejn, għax hu fi tmiem il-kuntratt tiegħu ma’ PSG, Juventus mistennija jagħmlu investiment importanti. Dan mhux biss hekk kif il-paga li ngħata mhix baxxa, imma anke għall-fatt li ommu se tieħu somma tajba.

Sors: TuttoJuve

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280