Id-difensur ta’ Ajax Matthijs De Ligt mistenni jasal f’Turin fis-sigħat li ġejjin, it-Tlieta filgħaxija, wara li ġew konklużi l-aħħar ftit dettalji. Matul l-Erbgħa imbagħad jagħmel it-testijiet mediċi.

Il-ftehim bejn Juventus u Ajax, b’somma ta’ €70 miljun u €5 miljun oħra f’bonuses, ilu li ntlaħaq għall-aħħar jiem. Madankollu l-Olandiżi kienu qed jitolbu l-garanziji bankarji neċessarji.

Dawn jidher li ngħataw fl-aħħar sigħat biex b’hekk issa kollox hu lest biex it-trasferiment isir wieħed permanenti.

Sors: Gianluca Di Marzio

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280