Is-saga ta’ Alex Sandro u Chelsea jidher li qed toqrob lejn it-tmiem hekk kif wara li Chelsea għollew l-offerta għal €70 miljun, il-Brażiljan jidher li approva t-trasferiment biex iseħħ.
Iktar kmieni din il-ġimgħa id-Direttur Sportiv ta’ Juventus Beppe Marotta ammetta li Juventus irċevew offerta fenomenali għal Alex Sandro iżda qabel jkollhom l-approvazzjoni tal-plejer mhux se jkunu qed jiddiskutu ma’ Chelsea.
Diversi rapporti fl-Italja qed isostnu li llejla Alex Sandro approva t-trasferiment u huwa lest li jissieħeb mat-tim ta’ Antonio Conte fejn ġie offrut is-salarju ta’ €7 miljuni fis-sena.
Sors: Calciomercato/Sky Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






