Sas-sajf li għadda kien jingħad li Alex Sandro kien se jingħata kuntratt b’żieda qawwija fil-paga tiegħu.

Madankollu, jidher li xi ħaġa nbidlet u issa l-aħbarijiet jindikaw iżjed li se jħalli lill-klabb. In-nuqqas ta’ uzu tiegħu minn Massimiliano Allegri, u l-prestazzjonijiet inqas tajbin minn dawk ta’ staġun ilu, qed ikomplu jindikaw li l-esperjenza ta’ Sandro ma’ Juventus waslet lejn tmiemha.

Il-ġurnali fl-Ingilterra mill-ġdid qed jirrappurtaw li l-klabb Ingliż qed isegwi lill-plejer bil-possibbiltà li jakkwista lid-difensur Brażiljan biex jieħu post David Luiz, li qed jinteressa lil Real Madrid.

Sors: The Sun

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280