Id-difensur Alex Sandro, meqjus bħala wieħed mill-aqwa fid-dinja fil-pożizzjoni tiegħu, se jkompli jilgħab ma’ Juventus.

Dan wara li l-plejer Brażiljan u Juventus laħqu ftehim biex il-kuntratt li jorbothom flimkien jiġġedded u jiġi estiż sal-2022.

Għalkemm l-aħbar mhix uffiċjali, kienet ippubblikata minn ġurnalisti qrib l-ambjent Juventin. Jingħad li Sandro se jaqla’ €4 miljun fis-sena.

Sors: Romeo Agresti

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280