Wara li tilfuh fl-2016, Juventus huma mill-ġdid interessati fl-akkwist tal-attakkant ta’ 20 sena Andrea Favilli mingħand Ascoli.
Jidher li Ascoli se jirriskattaw lill-plejer mingħand Livorno għal €3.5 miljuni bl-għajnuna ta’ Juventus.
Juventus imbagħad mistennija jgħaddu lill-plejer b’self għand klabb ieħor tas-Serie A, aktarx Sampdoria jew Chievo li huma interessati.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






