Il-fatt li Juventus kienu ħallew lil Andrea Favilli jaħarbilhom minkejja l-potenzjal u l-wirjiet tajba tiegħu kien qajjem sorpriża fi tmiem l-istaġun li għadda.
Issa jidher li l-plejer jista’ jirritorna wara staġun ieħor tajjeb, din id-darba ma’ Ascoli. Dan hekk kif jidher li se jkun hemm trattattiva maħduma minn Juventus u Sassuolo flimkien.
Jingħad li minkejja li kien ma’ Ascoli, Juventus għad għandhom xi tip ta’ kontroll fuq il-plejer, minkejja li mhux marbut magħhom b’kuntratt.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com