Il-midfielder ta’ Barcelona Andrés Iniesta ma eskludiex li jħalli lil Barcelona, l-għada li rapporti semmew li jista’ jingħaqad ma’ Juventus.

“Dejjem hemm il-possibbiltà li ma ntemmx il-karriera tiegħi ma’ Barcelona. M’iniex nirreferi neċessarjament dwar l-eventwali tiġdid tal-kuntratt, imma li rrid nevalwa s-sitwazzjoni abbażi tal-andament ta’ dan l-istaġun,” stqarr Andrés Iniesta.

Kompla li “hu normali li wieħed ifittex l-aħjar għall-partijiet kollha konċernati. L-intenzjoni minima tiegħi hi li nirrispetta l-kuntratt,” kompla Iniesta. Il-kuntratt tiegħu jiskadi fl-2018.

Sors: RAC1

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280