Ġurnata speċjali għall-Ungerija, mhux biss għar-rebħa importanti fuq l-Awstrija, imma wkoll għaliex il-goalkeeper tagħhom Gábor Király irnexxielu jżomm clean sheet fil-ġurnata li fiha waqqaf rekord fl-istorja tal-EURO.
– Il-goalkeeper Gábor Király sar l-ixjeħ plejer li qatt lagħab fl-EURO. Għandu 40 sena u 74 ġurnata.
– Qabel din il-logħba, Ádám Szalai kien skurja biss gowl internazzjonali wieħed sa minn Ottubru tal-2014 kontra l-Gżejjer Faroe.
– L-Awstrija saru l-24 nazzjon differenti li qalgħu karta ħamra fl-EURO.
– Qabel il-gowl ta’ Ádám Szalai, l-Ungerija kien ilhom 16, 068 ġurnata ma jiskurjaw f’fażi finali tal-EURO.
– Ir-rebħa tal-Ungerija hi l-ewwel waħda f’ħin normali fil-fażi finali tal-EURO.
– L-Awstrija fallew milli jiskurjaw imqar wieħed mill-aħħar 28 xutt fl-EURO.
– Gábor Király sar l-ewwel goalkeeper Ungeriż li żamm clean sheet f’edizzjoni tal-EURO.
– Zoltán Gera għamel ikbar ammont ta’ tackles (7) fl-ewwel rawnd tal-EURO 2016.