Massimiliano Allegri, il-kowċ li elimina lil Barcelona mill-UEFA Champions League, hu l-favorit mat-tmexxija Spanjola biex jieħu post Luis Enrique.

Iżda Allegri hu konvint u jixtieq jibqa’ ma’ Juventus minkejja x-xnigħat kollha dwar il-futur tiegħu. Saħansitra esprima x-xewqa li jġedded il-kuntratt sal-2020.

Id-diriġenti ta’ Juventus, għalkollox kuntenti bil-prestazzjoni tal-iskwadra taħt it-tmexxija ta’ Massimiliano Allegri, qed jipproponu kuntratt sal-2019.

Sors: Romeo Agresti

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280