Il-klabb Ġermaniż ta’ Bayern München qed jisfida lil Juventus, li jidher li huma qrib l-akkwist b’xejn tal-midfielder ta’ Liverpool Emre Can.

Fil-preżent Can hu nieqes mill-azzjoni minħabba injury.

Jingħad li Juventus għandhom ftehim verbali, imma l-ebda firma, għal kuntratt ta’ ħames snin, b’paga ta’ €5 miljun fis-sena. Madankollu Bayern München se jkollhom lill-kowċ Nico Kovac, li qed jipponta ħafna fuq talent Ġermaniż u plejers żgħażagħ, bħal Can.

Sors: La Gazzetta dello Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280