It-Taljani għamlu iżjed minn siegħa jikkontrollaw il-logħba b’vantaġġ ta’ 1 -0 skurjat minn Emanuele Giaccherini. Iżda fit-93 minuta ssiġillaw ir-rebħa b’gowl ta’ Graziano Pellè.
– Graziano Pelle skurja 6 gowls taħt l-era Conte. Iktar minn kull plejer ieħor fin-nazzjonal Taljan.
– Il-Belġju ilhom 6 logħbiet mingħajr ma jżommu clean sheet.
– L-Italja, flimkien mal-Awstrija, l-Ingilterra u r-Rumanija kienu l-uniċi mhux megħluba fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2016.
– L-Italja waqqfu rekord tal-ikbar ammont ta’ clean sheets fl-istorja tal-EURO (17).
– L-Italja waqqfu rekord tal-ixjeħ line up fl-istorja tal-EURO meta bdew bi plejers b’età medja ta’ 31 sena u 169 ġurnata.
– Dimitri Payet (8) biss ħoloq iżjed azzjonijiet ta’ gowl fl-EURO 2016 minn Marouane Fellaini (7).
– L-Italja skurjaw skurjaw fi 11-il logħba konsekuttiva għall-ewwel darba sa minn Mejju 2006.