Id-difensur Ġermaniż Benedikt Höwedes, li bħalissa jinsab injured, iddikjara li hu kuntent jekk ikollu jibqa’ ma’ Juventus.
“Għalija unur li nilgħab ma’ Juventus. Ġejt biex nirbaħ l-unuri. Il-ħolma hawn hi li nirbħu ċ-Champions League. Sibt klabb b’ambizzjonijiet kbar fejn issir ħidma serja. Għal plejer, dan hu l-massimu,” iddikjara Höwedes.
Kompla: “Jekk Juventus huma interessati li jkomplu jaħdmu miegħi, ma nistax ma nkunx kuntent. Qed nilgħab għal wieħed mill-iktar klabbs prestiġġjużi u b’saħħithom fid-dinja u nkun kunent jekk inkompli nagħmel dan.”
Sors: Bild
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com