Waqt li Juventus qed ikomplu jippreżentaw iżjed plejers (ilbieraħ Douglas Costa, illum Rodrigo Bentancur u fil-jiem li ġejjin Wojciech Szczęsny u Mattia De Sciglio), tispikka l-assenza ta’ Beppe Marotta.
Issa jirriżulta li kmieni wara nofsinhar id-diriġent ta’ Juventus wasal fl-ajruport ta’ Ruma fi żjara fil-kapitali li ma kinitx imħabbra mill-ġurnalisti Taljani fl-aħħar jiem.
Misteru wara l-intenzjoni ta’ din iż-żjara, li aktarx hi minħabba laqgħa ma’ Sampdoria għall-akkwist tal-attakkant Patrik Schick.
Iżda fl-aħħar jiem issemma wkoll li Juventus jistgħu jidħlu għal Kostas Manolas bħala sostitut ta’ Leonardo Bonucci. Ta’ min jirrimarka madankollu li d-diriġenti ta’ Roma ċaħdu li l-plejer jista’ jitlaq.
Iżda minkejja dan, il-plejer irrifjuta trasferiment lejn ir-Russja u immedjatament wara talab lil Roma biex tiżdiedlu l-paga minn dik attwali ta’ €1.9 miljun. Jidher li t-talba tiegħu kienet rifjutata.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






