Skont kliem id-Direttur Ġenerali ta’Juventus, Beppe Marotta, il-midfielder Andrés Iniesta mhux se jilgħab ma’ Juventus.
“Mhux possibbli li Andrés Iniesta jingħaqad ma’ Juventus. Is-sostenibbiltà u l-konsistenza fir-riżultati jfisser li rridu nirrispettaw il-parametri tal-klabb,” iddikjara Beppe Marotta.
Fl-aħħar jiem kien jingħad li Juventus se jagħmlu pass biex jakkwistaw lil Iniesta b’xejn hekk kif qed jingħad li minflok l-Ispanjoli jistgħu jakkwistaw lil Marco Verratti.
Sors: Juve FC
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






