Għall-ewwel darba, diriġent ta’ Juventus tkellem qalb xnigħat bla tmiem dwar it-trasferiment ta’ Cristiano Ronaldo ma’ Juventus.
Dan hekk kif id-Direttur Ġenerali ta’ Juventus, Beppe Marotta, kien mistoqsi minn Il Corriere dello Sport u rrisponda biss b’kelma waħda: “Suggestioni.”
F’artiklu ta’ Maria Strada jingħad ukoll li meta mistoqsi dwar dan, waqt impenji fil-Lega Calcio, Marotta tbissem. Tgħid li aktarx dan ifisser li Juventus jemmnu li t-trasferiment mhux sostenibbli ekonomikament iżda huma kuntenti li plejer tant importanti qed ikun imsemmi mal-klabb.
Sors: Il Corriere dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com