Il-midfielder Franċiż Blaise Matuidi wasal fl-Ajruport ta’ Torino Caselle biex iktar tard jagħmel it-testijiet mediċi u jsir l-akkwist ġdid ta’ Juventus.
Dan wara li trattattivi li damu għaddejjin jiem sħaħ wasslu għal qbil ma’ PSG kif ukoll mal-plejer. Matuidi jista’ saħansitra jiddebutta nhar is-Sibt li ġej, jekk jilħaq jiġi reġistrat.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






