Numru ta’ persuni kellhom jittieħdu għall-kura wara ħabta bejn vettura tal-Pulizija u oħra li fiha kien hemm numru ta’ plejers ta’ Juventus Primavera.

L-inċident seħħ fi kwartier ta’ Turin, Madonna di Campagna, meta l-vettura tal-Pulizija kienet għaddejja b’veloċità qawwija biex tintervjeni f’każ separat.

Iżda kien għall-ħabta tas-14:00 li l-vettura tal-Pulizija laqtet vettura tat-tip Mercedes Coupè li kien fiha tliet plejers tal-Primavera ta’ Juventus.

L-impatt tant kien qawwi li l-vettura tal-Pulizija nqalbet. Waqt li ż-żgħażagħ Juventini sofrew biss ġrieħi ħfief, l-istess bħal wieħed mill-uffiċjali, l-ieħor sofra ġrieħi gravi għalkemm ma jinsabx f’qagħda serja.

Sors: Torino Today

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280