Wara l-injury fil-hamstring ta’ Giorgio Chiellini, id-diriġenza Juventina marbuta li tagħmel akkwist ieħor fid-difiża.

Teżisti opportunità għall-veteran ta’ Parma, il-Portugiż Bruno Alves. Jirriżulta li r-risposta kienet li għall-Portugiż, li l-kuntratt tiegħu jiskadi f’Ġunju, hemm bżonn offerta ta’ €1.5 miljun.

Alves, li hu ħabib ta’ Cristiano Ronaldo, matul dan l-istaġun lagħab il-logħob kollha b’mod sħiħ ħlief għal waħda. Interessanti l-fatt li Bruno Alves, li għandu 37 sena, huwa l-iktar plejer fis-Serie A li rebaħ kuntrasti fl-arja.

Sorsi qrib Juventus jindikaw li qed isiru kuntatti immedjati qabel jagħlaq is-suq ta’ trasferimenti biex jimtela l-vojt fid-difiża li tħalla mit-tluq ta’ Medhi Benatia.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280