Ikomplu b’insistenza l-aħbarijiet dwar it-trasferiment tad-difensur Leonardo Bonucci lejn l-Ingilterra, preċiżament mal-eks kowċ tiegħu Antonio Conte fit-tmexxija ta’ Chelsea.

Jingħad li l-klabb lest iħallas madwar €55 miljun biex jakkwista lill-plejer li diġà kien qrib l-istess klabb qabel il-bidu tal-istaġun li għadu kif intemm. Waqt li mhux eskluż l-interess tal-klabbs ta’ Manchester, Bonucci mistenni jirċievi paga li tlaħħaq is-€7 miljun kull staġun.

Minfloku, bħala sostituti, Juventus qed iħarsu lejn il-plejers li diġà huma għad-dispożizzjoni. Fost dawn Daniele Rugani, Andrea Barzagli, Giorgio Chiellini, Medhi Benatia kif ukoll Mattia Caldara.

Sors: Il Corriere dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280