Il-kuntratt tal-midfielder Claudio Marchisio ma’ Juventus jibqa’ validu sa Ġunju tal-2020, iżda fl-aħħar jiem hu wkoll issemma bħala wieħed mill-plejers Juventini li qed jinteressaw lil klabbs oħra.

Madankollu, mistoqsi fuq Sky Sport, Marchisio rrisponda b’mod ċar għal x’se jkun il-futur tiegħu: “Hawn, ma’ Juventus.”

Għalkemm m’hemm xejn uffiċjali, jidher li Marchisio se jkompli bl-avventura tiegħu f’Turin, skont ix-xewqa tiegħu stess.

Sors: Sky Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280