Cristiano Ronaldo se jerġa’ jilbes il-flokk ta’ Real Madrid għall-istaġun li ġej u mhux se jkun qed jilgħab għal Juventus. Dan sostnieh il-captain tat-tim nazzjonali Kroat, Luka Modrić.

Kollox qed jindika li t-trasferiment ta’ Ronaldo għal ma’ Juventus se jitħabbar fil-jiem li ġejjin iżda Modrić ma jemminx li se jsir hekk.

“Nistennew u naraw x’se jkun qed jiġri però ma nemminx li se jitlaq. Nittama li jibqa’ magħna għaliex huwa l-aqwa plejer tad-dinja u jkun importanti għat-tim tagħna.”

Sors: Sportmediaset

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280