Il-Brażiljan Dani Alves lest li jibqa’ ma’ Juventus iżda qed jitlob li jagħmel dan taħt kundizzjoni.
Fl-2016 Dani Alves kien iffirma kuntratt ma’ Juventus sa Ġunju tal-2018, b’għażla li l-kuntratt jiġi estiż b’sena oħra.
Issa Dani Alves qed jitlob li, jekk Juventus huma deċiżi li jżommuh, l-estensjoni tal-kuntratt sal-2019 għandha ssir immedjatament. Jekk le, Dani Alves jibda jfittex klabb ġdid.
Jingħad li Dani Alves hu kuntent f’Turin, fejn dara sew l-ambjent.
Sors: UOL Esporte
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






