Ftit tal-ħin ilu, id-difensur laterali lemini, Brażiljan, ħabbar fuq il-profil personali tiegħu ta’ Instagram li ħa jitlaq minn ma’ Barcelona. Aħbar kbira wkoll wara li dan ħa jitlaq b’xejn.

Plejer tattikament u teknikament brillanti. L-età żgur mhux ħa żżommu milli jkompli jirbaħ unuri prestiġġjużi.

Fl-aħħar ix-xewqa ta’ ħafna li nistgħu naraw lill-aqwa laterali ta’ dawn l-aħħar għaxar snin. Għad-diriġenza Juventina, li nsibu laterali aħjar minn Stephan kienet ħaġa diffiċli immens peress li dejjem qdiena fl-aqwa mod possibbli.

Dani Alves ma’ Juventus? Nistennew u naraw.