Juventus mistennija jagħmlu tentattiv għal Danilo, li ftit li xejn qed isib spazju biex jilgħab ma’ Real Madrid. Dan wara l-aħbar tat-tluq ta’ Dani Alves.

Jingħad li l-plejer hu kuntent ma’ Real Madrid, u Zinedine Zidane japprezzah bħala sostitut ta’ Dani Carvajal, iżda ftit li xejn mistenni jkollu ċans li jilgħab b’mod iżjed regolari.

Irrappurtat ukoll li Juventus għamlu kuntatti mal-aġent tal-plejer. L-interess ta’ Juventus f’Danilo tħabbar minn Sky u kien ikkonfermat fi Spanja minn Marca.

Sors: Sky/Marca

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280