Id-diskussjonijiet dwar it-trasferiment ta’ Steven N’Zonzi ma’ Juventus mistennija jieħdu iżjed fit-tul milli mistenni.
Jidher li l-problemi prinċipali huma l-plejer u t-talbiet tiegħu, meqjusa bħala esaġerati minn Juventus, kif ukoll it-talba ta’ €40 miljun minn Sevilla. Il-plejer irid paga ta’ €7 miljun fis-sena. Sevilla jidher li jridu lil Daniele Rugani, meqjus inċedibbli minn Juventus, jekk mhux l-€40 miljun fi flus kontanti.
Matul l-aħħar staġun, Steven N’Zonzi kien l-iktar plejer li ta passes b’suċċess. Madankollu, Juventus mhux lesti jikkuntentawh fit-talbiet tal-paga tiegħu u għalhekk issa jidher li Blaise Matuidi mar fil-vantaġġ.
Ġurnali oħra qed jirrappurtaw li Juventus offrew lil Juan Cuadrado bħala parti mill-proposta tagħhom biex ibaxxu t-talba ta’ PSG għal Matuidi.
Sors: Mediaset Premium/Goal
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






