Aħbar xokkanti fid-dinja tal-futbol ftit sigħat biss qabel il-ftuħ tal-Euro 2016.
Aħbarijiet qed jisħqu li David de Gea, gowler attwali ta’ Manchester United, li ħa post Iker Casillas bħala gowler ewlieni tat-tim Spanjol, kien imdaħħal f’każ ta’ stupru flimkien ma’ plejer ta’ Athletico Bilbao, Iker Munain. Ċertu sorsi qed jinkludu wkoll lil Isco flimkien ma’ De Gea u Munain.
Din l-aħbar jaf tkun daqqa ta’ ħarta kbira għal Del Bosque, wara l-istaġun brillanti li għamel De Gea f’Old Trafford. Żgur li l-Ispanjoli u s-sapporters ta’ United diżappuntati b’aħbar hekk fuq l-benjamin tagħhom.
Sors: Yahoo/Independent/AS