Iktar kmieni waranofsinhar, ħarġet l-aħbar li de Gea jaf jitlef l-ewwel logħob tal-Euro 2016, minħabba allegazzjonijiet ta’ stupru.
Madankollu, ftit minuti ilu, de Gea sostna li huwa innoċenti. “Jien naf x’għamilt b’ħajti. Dak li ntqal huwa kollu falz,” qal de Gea wara li ġie mistoqsi fuq din l-aħbar.
Aħbar sabiħa wkoll għall-Ispanjoli għaliex de Gea se jibqa’ mal-iskwadra li ftit jiem oħra taffronta lir-Repubblika Ċeka. “Jien qatt ma ħsibt li nitlaq. Din l-aħbar swietni biex nittrenja iktar b’mod li jqawwini u b’hekk nagħti l-potenzjal kollu tiegħi. Ninsab iktar kuntent u b’saħħti li ħa nibqa’ man-nazzjonal.”
Iktar aħbarijiet fuq l-każ żgur u mhux forsi jiżvolġu iktar ’il quddiem.
Sors: Goal