Id-difensur ta’ Milan Mattia De Sciglio ħalla Milan abbord titjira lejn Turin. Hu mistenni f’Turin kmieni wara nofsinhar, bit-testijiet mediċi jsiru għada.

De Sciglio, li għandu 24 sena, m’għadx għandu postu ma’ Milan iżda fuq kollox hu plejer li ngħata l-fiduċja minn Massimiliano Allegri fl-Italja u hu plejer mixtieq mill-istess kowċ.

Il-plejer, li ilu ma’ Milan għall-aħħar 15-il sena, mistenni jkun it-tieni akkwist ta’ Juventus f’ġurnata, wara l-wasla tal-goalkeeper Wojciech Szczęsny.

Sors: Gianluca Di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280